Epoka
EPOKA hija attività li ser tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien fit-toroq ta’ Ħal Tarxien nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru mis-6.00pm sa nofsillejl.
L-attività ser tinvolvi żjarat fit-tempji neolitiċi, armar minn għaqdiet tal-festi madwar Malta armati fi triq waħda, diversi wirjiet f’kappelli kif ukoll wirjiet oħrajn ta’ pitturi u fotografija, wirja ta’ pjanti u wirjiet ta’ fejn kienu jinżammu l-annimali taħt id-djar. L-avveniment jinkludi wkoll wirja spettakolari ta’ ganutell u ta’ Semana Santa Espana. Wieħed jista’ jesperjenza wkoll il-ħajja tar-raħħala ta’ Ħal Tarxien, bl-għana tradizzjonali Malti u teatrin fit-triq. Ser ikun hemm ukoll ikla ravjulata kull nofs siegħa. Ser jiġu armati żewġ palkijiet prinċipali fi Triq Santa Marija u Triq il-Kbira bi spettaklu kbir ta’ kantanti stabbiliti u skejjel taż-żfin b’serata ta’ dawl u mużika li ser tgħin biex il-pubbliku preżenti jqatta’ dan il-lejl fil-qalba tar-raħal antik u pittoresk ta’ Ħal Tarxien. Avveniment ieħor li jifforma parti minn din l-attivita’ ser ikun dawra bil-gwida madwar il-parti l-antika ta’ Ħal Tarxien akkumpanjati minn grupp folklor lebsin ilbies tradizzjonali Malti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said faħħar din l-inizjattiva kulturali tal-Kunsill Lokali bil-għan li tipprovdi lir-residenti tal-lokalità iktar attivitajiet ta’ interess kif ukoll li tressaq fi ħdanha nies minn barra l-lokalità.

Min hu interessat jigi illum Il- Hamis, 24 ta Settembru fis- 19:30 il- Kazin tal- Banda Marija Annunzjata Tarxien
No comments:
Post a Comment