Wednesday, September 23, 2009

Attivitajiet ta' Heritage Malta

Qed jiksbu interess mill-pubbliku attivitajiet li qed torganizza l-aġenzija nazzjonali għall-wirt storiku Heritage Malta, fosthom mixja li saret fi tmiem il-ġimgha ma’ nżul ix-xemx fil-Birgu. Waqt din l-attività inghatat spjegazzjoni tal-importanza tal-Birgu matul is-snin, mhux l-inqas fi żmien l-Assedju l-Kbir hekk kif din kienet il-belt li l-ewwel li qagħdu fiha l-Kavallieri ta’ San Ġwann mal-wasla tagħhom f’Malta.L-attività bdiet mill-Palazz tal-Inkwiżitur fil-qalba tal-Birgu u ħadet lil dawk kollha li ħadu sehem fiha mixja mas-swar u x-xatt tal-Birgu, u f’inħawi oħra fil-qalba tal-belt li kellhom rwol importanti f’nofs is-seklu sittax u s-snin ta’ wara. Diversi kienu l-binjiet storiċi f’din il-belt illum marbuta ma’ rakkonti storiċi, mhux l-inqas il-Palazz tal-Inkwiżitur stess li għal diversi snin serva mhux biss ta’ residenza għall-inkwiżitur u ħabs għal dawk li naqsu mil-lenti reliġjuża, imma wkoll sptar militari, residenza għas-suldati, u iktar tard bħala residenza għad-Dumnikani meta l-kunvent tagħhom spiċċa mġarraf fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.L-attività fil-Birgu kienet waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li torganizza b’mod regolari Heritage Malta biex tnissel iktar apprezzament tal-wirt storiku u kulturali f’Malta.

No comments:

Post a Comment